Mis-sodda għall-qorti

Koppja Ukrena ġiet illiberata wara li kellha x’taqsam sesswalment fil-pubbliku.

Il-Maġistrat Joe Mifsud ħeġġeġ lill-koppja, raġel ta’ 33 sena u mara ta’ 39 sena, biex iħallu dan l-ispettaklu għall-kamra tas-sodda, u biex jilbsu ħwejjiġhom fil-pubbliku.

Il-koppja ġiet rappurtata lill-Pulizija wara li ntlemħet għarwiena f’gallarija f’Buġibba.

Il-Maġistrat awguralhom biex ikomplu jgawdu l-vaganza tagħhom f’Malta… bil-ħwejjeġ!