Mis-2pm ‘il quddiem il-pompi tal-petrol se jkunu self-service

Mis-2pm ‘il quddiem il-pompi tal-petrol se jkunu self-service minħabba l-imxija tal-COVID-19, skont il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji.

Fi stqarrija l-Kamra qalet li dan it-tibdil se jidħol fis-seħħ mit-Tnejn 23 ta’ Marzu. L-assistenti se jaħdmu mill-pompi tas-2pm. Mis-2pm ‘il quddiem il-pompi se jaħdmu bis-sistema ta’ self-service. Is-servizz se jibqa’ jiġi offrut 24 siegħa kuljum.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li Malta rreġistrat 11-il każ ġdid f’Malta. B’hekk it-total tela’ għal 64 każ.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn