Miriam Dalli u Clyde Caruana jieħdu l-ġurament

Former MEP Miriam Dalli walks into Parliament where she will be sworn in as MP
Sarah Cassar Dymond

Read in English.

Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli u l-Kap tas-Segretarjat tal-PM Clyde Caruana ħadu l-ġurament biex b’hekk issa ġew maħtura Membri Parlamentari għall-Gvern.

Dan wara r-riżenja tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat mill-Parlament u aktar tard tad-Deputat Laburista Etienne Grech.

Il-gvern se jkun qed jiżvela l-baġit finanzjarju propju llejla, bil-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna skedat biex jibda jaqra l-baġit fis-6.30pm.

Dr Miriam Dalli hija l-Viċi President tal-S&D. Il-magazine influwenti Politico sejħilha ‘doer’ u hi l-unika MPE mniżżla fil-Class of 2019 ta’ Politico. Ingħatat it-titli tal-MPE tas-Sena fl-oqsma tal-enerġija u s-saħħa. VoteWatch Europe jikklasifikaha kemm-il darba bħala waħda mill-aktar politiċi influwenti fl-Ewropa.

Miriam, avukat, iffukat il-ħidma tagħha fuq il-ħolqien tax-xogħol, l-ambjent u l-enerġija, is-saħħa fiżika u mentali, l-immigrazzjoni, il-green economy u blue economy, fost oħrajn.

Clyde Caruana serva bħala Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-aħħar xhur. Caruana huwa gradwat fl-ekonomija u lettur fl-Universita’ ta’ Malta. Huwa okkupa wkoll il-kariga ta’ Chariman Eżekuttiv ta’ Jobsplus qabel din il-ħatra. Caruana kien ukoll arkitett fis-sistema tac-childcare centres b’xejn li ġiet introdotta f’pajjiżna fl-2014.