Miriam Dalli parti minn kumitat tal-PE li se jinvestiga l-emissjonijiet mill-karozzi

L-Ewroparlamentari Maltija Miriam Dalli se tkun parti minn kumitat magħmul minn 45 membru tal-Parlament Ewropew li se jmexxi inkjesta dwar il-ksur tar-regoli Ewropej fuq l-emissjonijiet mill-kumpaniji li jimmanifatturaw il-karozzi.
Il-kumitat inħatar waqt vot li ttieħed fil-Parlament Ewropew u se jkun qed jinvestiga fost l-oħrajn l-allegat nuqqasijiet mill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea li jinfurzaw l-istandards Ewropej.
Huwa mistenni li fi żmien sitt xhur jiġi ppreżentat abbozz u fi żmien sena jiġi konkluż ir-rapport.