Miriam Dalli: “Jeħtieġ tittieħed azzjoni diretta fuq it-traffikanti”

Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi Miriam Dalli qalet li jeħtieġ tittieħed azzjoni diretta fuq it-traffikanti.
Waqt li fil-Parlament Ewropew kien qed jiġi diskuss is-suġġett tal-immigrazzjoni fiċ-ċentru tal-Mediterran, Dalli qalet li minkejja li eluf ta’ immigranti qed jistennew fil-Libja biex jaqsmu lejn l-Ewropa, l-Unjoni Ewropea għadha mingħajr soluzzjonijiet effettivi.
Dalli saħqet ukoll li għandha tingħata l-opportunità ta’ passaġġ sigur, legali u b’mod ikkontrollat għar-refuġjati li għandhom dritt għall-ażil biex tkun tista’ tingħata protezzjoni internazzjonali lil dawk intitolati għaliha.