“Miraklu ieħor” – Victorio Gauci

Ritratt: Facebook/VictorioGauci

Awguri lil Victorio Gauci ta’ The Crowns li aktar kmieni wara nofsinhar sar missier għat-tielet darba hekk kif martu Rossana kellha t-tielet wild tagħhom, Luigi. Il-koppja għandha diġà żewġt subien oħra, Giuseppe u Gianni.

“Huwa bi pjaċir kbir li nħabbru l-wasla tat-tifel tagħna Luigi,” beda biex jikteb hu hekk kif stqarr ukoll li hu u martu kienu nervużi u eċċitati li jiltaqgħu miegħu.

“Diġà int mimli enerġija u ferħ pur. Ma nistgħux nistennew li nlaqqgħuk ma’ ħutek Giuseppe u Gianni. Tassew miraklu ieħor,” kompla jikteb il-kantant waqt li rringrazzja lil martu kif ukoll l-istaff fil-Blue Ward Obs 3 ta’ Mater Dei.

Ritratt: Facebook/VictorioGauci

Awguri!