“Mintoff neħħihom mit-triq u issa reġgħu tfaċċaw”

Read in English.


Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder stqarr li f’pajjiżna feġġ fenominu li kien sparrixa matul is-snin, it-tallaba fit-toroq.


Meta kien qed jitkellem waqt il-ħin tal-aġġornment, Gouder qal li jekk il-Prim Ministru Dom Mintoff baqa’ jissemma’ għal ħaġa, din kienet li neħħa t-tallaba mit-toroq.

Huwa qal li ż-żewġ naħat ħadmu biex fil-pajjiżna ikollna servizzi soċjali li matul is-snin għenu biex jitneħħew in-nies mit-toroq.


Huwa qal li minkejja li t-tallaba f’pajjiżna illum huma barranin, il-pajjiż kollu għadu dmir lejn dawn il-persuni biex ikollhom għejxien diċenti, issa kif il-problema għada taħt kontroll.

Gouder stqarr li dan jaffettwa ukoll ir-reputazzjoni tal-pajjiż, li mqabbla ma’ bliet kbar fl-Ewropa, dan hu fenominu kemmxejn riċenti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hu iltaqa’ ma’ tallaba fuq ix-xatt ta’ Sliema però jista’ jagħti l-każ li hu fenominu iktar mifrux ma’ Malta.