Mint Chocolate Cheesecake

Riċetta u ritratti: Tanya Zammit

Ingredjenti

120g gallettini plain

85g butir imdewweb

230g ġobon artab kremuż

2 biċċiet żgħar ċikkulata tal-ħalib

165g icing sugar

165g krema tal-ħalib

2 biċċiet ċikkulata żgħar b’togħma tal-menta

Metodu

Farrak il-gallettini u l-butir imdewweb f’bieqja.

Iksi landa tal-kejk ta’ 20cm bil-cling film fejn meta ċ-cheesecake ikun lest jinħareġ bla tbatija.

Iksi l-qiegħ tal-landa tal-kejk bit-taħlita tal-galettini.

Dewweb iċ-ċikkulata u ħallat mal-ġobon artab kremuż u mal-icing sugar li tkun għarbiltu.

Ħabbat il-krema tal-ħalib f’bieqja oħra u ħallat mat-taħlita tal-ġobon.

Ħokk iċ-ċikkulata tal-menta u ħallat ¾ minnha mat-taħlita.

Ferragħ t-taħlita fuq iċ-cheesecake u fil-wiċċ ferrex il-kumplament taċ-ċikkulata tal-menta.

Ħalli fil-friġġ matul il-lejl biex jagħqad tajjeb.