Minn xiex kienet għaddejja Bella?

Fl-episodju tal-lum ta’ Sorelle li jixxandar illum  fuq TVM fit-3pm se naraw lil Gina twissi lil Janice biex ma tafdax lil Maxine. Imma għaliex qaltilha hekk?

Nerġgħu mmorru lura fis-snin u naraw lil Bella minn xiex kienet għaddejja. X’kien qalilha Leo dwar it-tfal? Frederick imur jara lil Leo. Għaliex kien qala’ xebgħa? X’se jgħidlu dwar id-droga?

Għaliex Frederick jagħti parir lil Leo biex iwaqqaf l-għajnuna finanzjarja li kien qiegħed jagħti? Lil min qallu li kien qed itiha?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.