Minn xiex qed tibża’?

Illum fl-3.40pm se jixxandar episodju ieħor mit-tieni u l-aħħar staġun tas-sensiela Sorelle fejn se naraw lil Janice tmur għand Lorraine. X’se tgħidilha?

Maxine iċċempel lil Jodi. X’se tgħidilha dwar Vince? Lorraine tkellet lil Janice dwar Samantha. Minn xiex qed tibza’?

Vince iċempel lil Maxine. X’se jgħidilha? U Jodi x’se tgħidilha xħin taqta’ minn magħha?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am, fuq TVM. Il-puntati kollha ta’ matul il-ġimgħa jixxandru s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.