Minn tifel tat-triq għaż-Zecchino d’Oro

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Illum il-Ħadd 3 ta’ Novembru, l-istazzjoni Rai Uno fil-ħin ta’ 9.25pm se jxandar għall-ewwel darba l-film televiżiv I Ragazzi dello Zecchino d’Oro.

Matilda De angelis, Maya Sansa, Valentina Cervi u Stefano Pesce huma l-protagonisti ta’ dan il-film li huwa ambjentat fis-Snin 60.

L-istorja sseħħ fis-Snin 60 f’Bologna u niltaqgħu ma’ Mimmo, li għandu 9 snin. Huwa tfajjel pjuttost diffiċli, ulied immigrant Sqallin.

Il-pjaċir tiegħu hu li jiġġerra fit-toroq.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Però jħobb ikanta u għandu widna għall-mużika. Għalhekk jum minnhom omm, li issa tkun qed tiddispra biex tara lil binha jikkalma ftit fil-ħajja, tieħu għal prova f’konkors tal-kant.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Iżda dak li s’issa ħadd ma jaf hu li dan il-konkors, li kien fil-bidu tiegħu, kien il-bidu ta’ konkors spettakolari li daħal fil-kalendarju televiżiv fl-istorja tat-televiżjoni Taljani, iż-Zecchino d’Oro!