Minn tal-inqas tliet xhur barra għal Chiellini

Il-captain ta’ Juventus Giorgio Chiellini ġie vverifikat li weġġa’ l-ligament tan-naħa ta’ quddiem tal-irkoppa u se jkollu jagħaddi minn operazzjoni. Juve ħabbru dan tard ilbieraħ filgħaxija wara li weġġa’ waqt it-training.

Aktar dettalji se jkunu qed jinħarġu wara li ssir l-operazzjoni, iżda din it-tip ta’ injury, is-soltu tieħu minn tliet sa sitt xhur biex tirkupra. Dan kollu jiddependi kemm hi gravi l-injury.

Din se tkun daqqa’ ta’ ħarta kbira għat-tim minħabba li weġġa’ sigħat bogħod mil-logħba kontra Napoli li se tintlagħab illejla.