Minn tal-inqas 15 mejta wara żbroff ta’ vulkan fi New Zealand

Members of a dive squad conduct a search during a recovery operation around White Island, which is also known by its Maori name of Whakaari, a volcanic island that fatally erupted earlier this week, in New Zealand, December 13, 2019 in this handout photo supplied by the New Zealand Police. New Zealand Police/via REUTERS

Bugħaddasa jinsabu għaddejjin b’ħidma f’ilma kkontaminat madwar il-gżira vulkanika fi New Zealand għal żewġ iġsma oħrajn. Dan hekk kif 15-il persuna jidher li tilfu ħajjithom kawża tal-iżbroff tal-vulkan.

L-ilma madwar il-gżira ġie kkontaminat minn żbroff ta’ vulkan li tajjar ħafna ġebel, lava u kimiċi.

Il-bugħaddasa rrapurtaw li raw numru ta’ ħut mejjet. Kull darba li jitilgħu lura fuq l-art, il-bugħaddasa jinħaslu b’ilma frisk sabiex jitlaħalħu minn dak kontaminat.

Il-fdalijiet ta’ sitt persuni ttelgħu nhar il-Ġimgħa wara ħidma ta’ tim militari.  Il-Pulizija qalu li kien hemm żewġ iġsma oħrajn li ma setgħux jinstabu. Ftit wara qalu li raw minn tal-inqas ġisem wieħed fil-baħar qrib il-kosta tal-gżira.

Disa’ pulizija reġgħu bdew il-ħidma tagħhom fis-7am. Huma qalu wkoll li l-pulizija mhux se jkunu qed jirritornaw għal aktar tfittxijiet fuq l-art tal-gżira għalissa, iżda se jagħmlu dan fil-futur.