Minn sptar militari għal skola internazzjonali fl-Imtarfa

Google Maps

Il-Parlament approva ftehim ta’ konċessjoni ta’ 40 sena ta’ sptar militari qadim fl-Imtarfa biex kumpanija privata tkun tista’ tuża l-bini biex tiftaħ skola internazzjonali.

Il-ftehim ġie approvat b’mod unanimu lbieraħ fin-National Audit Office Accounts Committee. Il-kumpanija li se tirċievi l-art hija Haileybury Malta Ltd.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo spjega li kien hemm ħtieġa għal din l-iskola minħabba n-numru ta’ ħaddiema barranin li hawn f’Malta. Spejga li l-Gvern xtaq sieħeb bi snin twal ta’ esperjenza fil-qasam tal-edukazzjoni. Żied jgħid li mill-bidu, dan kien proġett edukattiv u mhux wieħed dwar xi bini.

L-iskola se tkun qed toffri edukazzjoni f’livelli ta’ primarja u sekondarja. Jista’ jkun ukoll li tesplora l-possibilità li toffri edukazzjoni f’livelli ta’ kindergarden u sixth form.

L-art hija kbira 26,608 metru kwadru. Se tiġi tiswa lill-kumpanija €50,000 fis-sena għall-ewwel ħames snin. Wara, il-prezz jitla’ għal €125,000. Ikun hemm ukoll żieda annwali ta’ 8%.

Bartolo spjega li saret sejħa pubblika għall-konċessjoni fl-2018 li għaliha applikaw żewġ bidders. Irriżulta li wieħed minnhom ma kienx f’konforma mar-rekwiżiti kollha.

Waqt is-seduta fil-Parlament, il-Membru tal-Oppożizzjoni Ryan Callus staqsa x’jiġri jekk il-kumpanija ma timxix mal-kuntratti maqbula. Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni Francis Fabri qal li huwa ċar li ma jistax jinbidel l-użu tal-bini.

Haileybury Malta Ltd għandha żewġ kumpaniji bħala s-sidien tagħha.

Stanley Logistics Ltd, li hija kumpanija bbażata fir-Renju Unit li topera skejjel simili u RTG Holdings Ltd. Ruth Galea Trapani hija s-sid ta’ RTG Holdings. Galea Trapani hi parti mill-bord tal-Awtorità Maltija tal-Gaming (MGA).

Reċentament, suġġeriment tal-Kummissarju kien li titwaqqaf skola internazzjonali fiċ-ċentru ta’ Malta sabiex l-istudenti barranin li jkunu jixtiequ jitgħallmu bil-lingwa tagħhom ikunu jistgħu jmorru hemmhekk. Il-Kummissarju ssuġġerixxa dan peress li qal li xi skejjel sekondarji, bla ma jintebħu, qegħdin isiru skejjel internazzjonali bl-għadd kbir ta’ studenti barranin li jmorru hemmhekk mingħajr ma din l-iskola tkun preparata għal dawn il-bidliet fil-kultura u l-użanzi. Minkejja dan, il-Kummissarju rrikonoxxa wkoll li din l-idea ta’ skola internazzjonali tista’ tkun ta’ sfida għall-Gvern.

Studenti barranin jiffurmaw klikek u jibbuljaw lill-Maltin – Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni

Tmintax-il għaqda mhux governattiva ngħaqdet sabiex tgħid li l-kummenti tal-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez dwar l-ibbuljar fl-iskejjel huma kummenti traskurati u żbaljati, u li r-rakkomandazzjoni tiegħu għal skola internazzjonali għall-istudenti barranin f’Malta mhix ibbażata fuq prinċipji ġusti.

“Traskurat u żbaljat ir-rapport tal-Kummissarju dwar l-ibbuljar fl-iskejjel” – NGOs