“Minn sinjorina għal sinjura” – Raquel

Ritratt: Facebook/RaquelGaldes

Awguri lill-kantanta Raquel Galdes li llum se tkun qed tiżżewweġ lill-imħabba ta’ ħajjitha Christian Briffa.

Hi ħabbret dan fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook fejn qalet li fi ftit sigħat oħra se ssir sinjura minn sinjorina.

From Ms. to Mrs. in a couple of hours 👰 Cu soon ragel 🤪

Posted by Raquel Galdes on Friday, September 18, 2020

Lil Raquel, li ftit tal-ġranet ilu għalqet 34 sena, kienet ħalliet il-marka tagħha meta ddebbuttat fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Mhux Pupa Biss u wara għaddiet għal festivals bħal Malta Eurovision Song Contest b’kanzunetti bħal Invisible (2014), Stop Haunting Me (2015) u Flashing Lights (2016).

Fl-2015 rajnieha wkoll fil-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Ċans Ieħor.

Nawguraw lil Raquel u lil Christian l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali għalihom.