Minn Serbia’s Got Talent għall-Malta’s Got Talent

Sofija Anic għandha 15-il sena u hija mis-Serbja. Hemmhekk flimkien ma’ sħabha ż-żeffiena ipparteċipaw fis-Serbia’s Got Talent u ġew fit-tieni post. Madanakollu hawn Malta fuq il-palk hi żifnet weħidha.

“Mhux faċli li tkun il-bogħod minn sħabek li tkun ilek tiżfen magħhom għal 10 snin,” ikkummentat hi waqt li write id-determinazzjoni li tirnexxi wkoll fil-kompetizzjoni ta’ Malta, hekk kif ippreżentat wirja b’korjografija tagħha stess.

Il-wirja tagħha kienet mimlija enerġija u marret tajjeb ħafna ma’ Ray, Sarah, Maxine u Howard li vvutawha għall-fażi li jmiss.

Tgħid wara t-tieni post fil-kompetizzjoni fis-Serbja, Sofija se jirnexxielha tirbaħ il-kompetizzjoni f’Malta?