Read in English.
Iċ-Chairperson tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri, qal li l-unika raġuni għala l-Prim Ministru Joseph Muscat qed itawwal ir-riżenja tiegħu hija biex ikompli jxekkel il-ġustizzja u jipproteġi lil sħabu ‘kriminali’ u jassigura li dak li ġej wara Muscat bħala Mexxej ikompli jipproteġi l-mafja.
Camilleri ddeskriva lil Muscat bħala kap tal-mafja u stqarr li Muscat ma baqax Prim Ministru ta’ Malta. Huwa kien qed jirreferi għall-messaġġ tal-Prim Ministru l-Ħadd li għadda fuq Television Malta.
Camilleri qal li, ”l-ebda mexxej m’huwa ikbar mill-Partit Laburista – qas Dom Mintoff stess għax fl-aħħar spiċċa biex ġie skreditat mill-Partit tiegħu stess.“
Żied li hija sitwazzjoni serja li persuni li ma jafux jiktbu u jaqraw sew ma jistgħux jifhmu li hemm evidenza kbira ta’ korruzzjoni bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri, u li “din il-korruzzjoni ta’ bejniethom qed tqajjem is-suspett kbir li dawn iż-żewġ n-nies ftehmu u qatlu lil Daphne bejniethom.”