Minn Papa għal ħaddiem tat-tifi tan-nar?

Filwaqt li s-soltu fil-bidu tal-udjenza tal-Papa naraw lill-Papa jbus lit-trabi jew jipprova kpiepel differenti, fl-udjenza tal-lum, il-Papa Franġisku deher jipprova kappell mhux tas-soltu.

Wara li pprova dan il-kappell mhux tas-soltu, li ma kien xejn ħlief elmu tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar Taljani, il-Papa Franġisku reġa rritornah u ħa b’id kull ħaddiem.