Aġġornata: Minn nhar l-Erbgħa Triq il-Wied f’Birkirkara se tkun magħluqa

Transport Malta tħabbar li Triq il-Wied Birkirkara se tingħalaq mhux minn nhar it-Tnejn imma minn nhar l-Erbgħa 2 ta' Ottubru.

Iktar qabel:

Minħabba xogħlijiet b’rabta mal-proġett biex jiġi evitat l-għargħar f’Birkirkara, minn nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru, Triq il-Wied (minn Triq Azzopardi sa Triq Santu Rokku) f’Birkirkara se tkun magħluqa għat-traffiku.

Transport Malta tavża lis-sewwieqa biex josservaw is-sinjali tad-devjazzjonijiet.

Numru ta’ uffiċjali se jkunu fil-viċinanzi biex jidderieġu t-traffiku.