Minn Marzu Malta jkollha tibda teżamina ta’ spiss prodotti tal-laħam – l-UE

Mill-ewwel ta’ Marzu li ġej, Malta se jkollha tibda’ tagħmel testijiet sabiex tassigura li l-laħam li jinbiegħ lill-konsumatur ma jkunx fih mediċini li jagħmlu l-ħsara.

Din hija direttiva tal-Unjoni Ewropea.

Is-Supretendent dwar is-saħħa pubblika, Dr Ray Busuttil, stqarr li f’Malta għad m’hawnx riskju ta’ ‘labelling’ ħazin fil-prodotti taċ-ċanga.

Kif tistgħu tisimgħu fl-awdjo, Dr Busuttil stqarr li l-ispezzjonijiet se jibdew isiru ta’ spiss.