Minn Malta għall-ispazju

Kumpanija Ingliża li tispeċjalizza f’servizzi marbuta mal-industrija spazjali, qed tippjana li tirriloka l-bażi Ewropea tagħha f’Malta.
Dan qalu ma’ The Sunday Times of Malta, Stuart Mclntyre, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Orbital Access, li tiżviluppa faċilitajiet u sistemi relatati mal-ispazju.
Għaldaqstant, minn Malta, il-kumpanija tibda ttella’ satelliti fl-ispazju, fuq ajruplani li jitilqu minn Malta.
Il-Kap Eżekuttiv qal li d-deċiżjoni li l-bażi Ewropea tkun f’Malta, kienet minħabba l-pożizzjoni ġeografika eċċellenti għat-tnedija tas-satelliti u anke minħabba Brexit.
Kompla jispjega li s-sistema titlaq minn Ħal Luqa għal fuq il-Mediterran, imbagħad tibgħat ajruplan spazjali għall-orbiti. 
Orbital Access għandha wkoll pjan li tibni post għall-industrija spazjali madwar l-ajruport ta’ Malata, u toffri servizzi tal-avjazzjoni marbuta mal-ispazju.