Minn Lulju se jibdew jintużaw 40 karozza tal-linja ġdida

F’Lulju se jibdew jintużaw 40 karozza tal-linja ġdida minħabba li se jaslu qabel iż-żmien skedat.
Il-102 karozzi tal-linja l-oħra se jaslu fi vjaġġi oħra matul is-sajf skont kif kien skedat.
Il-karozza tal-linja l-ġodda huma twal 9.6 metri u ftit idjaq mill-maġġorazna tal-karozzi tal-linja li għandna bħalissa.
Madanakollu, it-tul il-ġdid se jagħmilha iktar faċli għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja biex isuqu ċerti rotot.
Apparti minn hekk, bħal karozzi tal-linja eżistenti, dawn il-karozzi l-ġodda huma baxxi u aċċessibbli għal min juża siġġu tar-roti u għall-pushchairs.
Il-karozzi jesgħu 60 passiġġier u għandhom żewġ bibien sabiex tiżdied l-effiċjenza u jonqos il-ħin tal-vjaġġ.
Dawn il-karozzi qed jinbnew minn Otokar li hi kumpanija stabbilità fix-xarabanks.
Bħalissa nies tekniċi mill-Malta Public Transport u l-ALESA qegħdin it-Turkija sabiex jivverifikaw li l-karozzi huma skont l-ispeċifiazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet miftiehma.