Minn kull 33 serqa, każ wieħed biss jispiċċa l-Qorti f’dan ir-raħal Malti

Fl-2019 kien hemm 166 serqa f’Birżebbuġa. Fl-istess perjodu tressqu 5 persuni l-Qorti fuq serq f’Birżebbuġa. Dan ifisser li minn kull 33 serqa f’din il-lokalità jkun hemm każ wieħed biss fil-Qorti.

Minn informazzjoni li ħarġet fil-Parlament instab li fl-2019 kien hemm għexieren ta’ każijiet ta’ serq f’Wied il-Għajn, f’Marsaxlokk, f’Ħal Għaxaq, fiż-Żejtun, u f’Birżebbuġa.

Kemm saru rapporti fl-2019?

  • Birżebbuġa – 166
  • Wied il-Għajn – 156
  • Marsaxlokk – 81
  • Ħal Għaxaq – 27
  • Żejtun – 3

Fl-istess perjodu b’kollox kien hemm 21 persuna li tressqu l-Qorti minħabba każijiet ta’ serq f’dawn il-lokalitajiet.

Kemm tressqu l-Qorti fl-2019?

  • Żejtun – 7
  • Wied il-Għajn – 6
  • Birżebbuġa – 5
  • Marsaxlokk – 2
  • Ħal Għaxaq – 1

Din l-informazzjoni ħarġet mill-Parlament minn mistoqsija li għamel l-MP tal-PN Hermann Schiavone lill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.

Instab ukoll li fl-2019 kien hemm 27 persuna li tressqu quddiem il-Qorti jew it-Tribunal fuq każi ta’ drogi fl-istess lokalitajiet.