Minn issa €15 mhux €5 għal rimborż għaċ-ċilindru tal-gass

Deċiżjoni tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija wasslet biex, minn issa ’l quddiem, konsumaturi li jkunu qed jixtru ċilindri tal-gass imma li ma jkollhomx l-irċevuta taċ-ċilindru, se jingħataw €15 mhux iktar €5 f’rimborż.
Dan japplika għar-rifużjoni għaċ-ċilindri tal-LPG ta’ 12-il kilogramma.
Anke d-depożitu bħala garanzija għaċ-ċilindru se jkun ukoll ta’ €15.
Ir-Regolatur qal li f’każ li l-konsumatur ikollu irċevuta li tindika ammont ogħla minn €15, hu dak l-ammont ogħla li għandu jingħatalu lura.