Minn Għawdex għal Malta: l-inizjattiva tal-palm b’xejn għas-sajjieda

Is-sajjieda Maltin issa se jkollhom iċ-ċans li jiġbru weraq tal-palm b’xejn mill-Gvern wara li fl-aħħar snin din l-inizijattiva kienet issir mas-sajjieda Għawdxin.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd Clint Camilleri ħabbar dan waqt li ltaqa’ ma’ diversi sajjieda fl-Għammieri ftit jiem qabel jiftaħ l-istaġun tal-lampuki. Is-sajjieda jużaw il-palm biex jagħmlu xbieki bħala kannizzati biex jaqbdu l-lampuki, bl-istaġun tagħhom jibda fil-15 ta’ Awwissu.

Is-Segretarju Parlamentari qal li din is-sena l-Gvern iddeċieda li jdur il-postijiet pubbliċi biex jiżbor is-siġar tal-palm u jqassamhom lis-sajjieda. Qal li dan huwa “eżempju ta’ kif il-Gvern jagħmel kollox biex jgħin lis-sajjieda”.

Hu maħsub li għas-snin li ġejjin, il-Gvern iħawwel aktar siġar tal-palm biex fi kliem Camilleri “fil-futur ikun hemm biżżejjed palm għas-sajjieda”.