L-iskeda tal-ħarifa ta’ TVM

Mario Xuereb u Amanda Spiteri Grech jippreżentaw TVAM

Minn għada t-Tnejn 28 ta’ Settembru, TVM se jkun qed jagħti bidu għall-iskeda tal-ħarifa b’numru kbir ta’ programmi ġodda kif ukoll oħrajn ġodda. Nagħtu ħarsa lejn uħud minn dawn il-programmi:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa

Fis-7am Mario Xuereb u Amanda Spiteri Grech se jwasslu staġun ġdid tal-programm informattiv TVAM.

Bejn l-10am u nofsinhar Melanie Kelly u Andreana Debattista se jkunu qed iwasslu l-programm FITAM.

Melanie Kelly u Andreana Debattista: FITAM

Wara l-aħbarijiet ta’ nofsinhar, għall-ħabta ta’ 12.15pm Angela Agius se tkun qed twassal staġun ġdid tal-programm Niskata b’ħafna rkejjen mill-aktar informattivi.

Wara l-aħbarijiet tat-3pm, se jkun hemm faxxa ta’ programmi maħsuba għat-tfal. Dawn huma Zizi, Wonder Grove, Taħbil-il-Moħħ, Teeny Break u The Adventures of Annie & Ben

Fl-3.45pm ikompli t-tieni staġun tas-sensiela Sorelle b’kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Sorelle. Ritratt: Rewind

Fil-4.45pm Stephanie Spiteri tirritorna bil-programm tagħha Illum Ma’ Steph, waqt li fis-7pm Quinton Scerri se jippreżenta l-programm Popolin.

Prime Time fid-9pm:

Ines Farrugia u Mario Micallef f’xena minn F’Ġieħ L-Imħabba

It-Tnejn: L-Ispettur – drama

It-Tlieta: F’Ġieħ L-Imħabba – drama

L-Erbgħa: L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa – Ġrajjiet kurrenti ma’ Mark Laurence Zammit

Il-Ħamis: XTra – Ġrajjiet kurrenti ma’ Saviour Balzan

Il-Ġimgħa: Serataron – Divertiment ma’ Ronald Briffa

Tmiem il-ġimgħa: Is-Sibt

Ryn u Josmar jippreżentaw Sibtek. Ritratt: JJ Chircop

Il-programm Sibtek ma’ Ryan Borg u Josmar ikompli mis-Sibt 3 ta’ Ottubru, din id-darba fis-1.15pm.

Gadgets se jkompli fis-6.15pm filwaqt li Moira Delia twassal edizzjoni ġdida tal-programm Animal Diaries fis-7pm.

Tmiem il-ġimgħa: Il-Ħadd

Angie Laus se tkun qed tippreżenta staġun ġdid tal-programm Ħadd Għalik fejn naraw aktar opposti jiltaqgħu. Il-programm jixxandar għall-ħabta tal-12.15pm.

Mill-Ħadd 4 ta’ Ottubru jasal lura l-programm Kompendju ma’ Melanie Kelly. Dan jixxandar fl-4pm.

Fid-9pm wieħed mill-aktar programmi mistennija f’dan l-istaġun: Malta’s Got Talent bi preżentazzjoni ta’ Gordon Bonello u bis-sehem ta’ Ray Attard, Sarah Zerafa, Howard Keith Debono u Maxine Aquilina.