Għada t-Tnejn t-tibda l-iskeda ta’ TVM2

Għall-iskeda tal-ħarifa li tibda minn għada t-Tnejn 30 ta’ Settembru, TVM2 joffri għażla ta’ programmi li jkunu ripetizzjoni ta’ programmi li xxandru f’ħin differenti fuq TVM, u partiti f’xandira diretta taċ-Champion’s League u l-Europa League.

It-Tnejn fid-8.45pm Mark Attard iwassal f’xandira diretta l-programm Offside, li jiddiskuti l-logħob tal-futbol u jitwasslu wkoll stejjer minn wara ‘l kwinti.

It-Tlieta fil-11pm ripetizzjoni tal-programm Umani mmexxi minn Maria Muscat. Dan ikun ixxandar għall-ewwel darba fuq TVM, it-Tnejn fis-7pm.

Nhar l-Erbgħa f’xandira diretta il-partita Liverpool – Salzburg miċ-Champion’s League fil-ħin tad-9pm, segwit minn programm speċjali fil-ħin tal-11pm.

Il-Ħamis partita oħra f’xandira diretta, din id-darba Arsenal – Standard Liege mill-Europa League. Din fil-ħin tad-9pm segwita minn programm speċjali.

Il-Ġimgħa fid-8.45pm il-programm Sports Panorama li jkun f’xandira diretta sal-ħin tal-10pm.

Is-Sibt fil-ħin ta’ 12.05pm ir-ripetizzjoni tal-puntati ta’ matul il-ġimgħa tas-soap opera Sorelle.

Għal nhar is-Sibt li ġej, 5 ta’ Ottubru li ġej fis-2.30pm il-partita B’Kara – Valletta (delayed), filwaqt li fil-5pm f’xandira diretta l-partita Hibs – B’Kara.

Il-Ħadd fit-8.45pm f’xandira diretta jitwassal il-programm sportiv 90 Minuta.