Skola Sajf posposta b’ġimgħa minn għada

Skola Sajf,inkluż Klabb 3-1, ġiet posposta b’ġimgħa minħabba l-possibiltà li l-għalliema kienu se jistrajkjaw għax m’għandhomx biżżejjed riżorsi umani.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal fi stqarrija li l-għalliema setgħu kienu se jistrajkjaw, wara li lbieraħ l-MUT qalet li l-iskejjel ta’ Skola Sajf m’għandhiex biżżejjed ħaddiema biex jieħdu ħsieb 10,000 student.
Il-Ministeru ordna li  Skola Sajf tiġi posposta minħabba l-biża' li għada filgħodu l-ġenituri jibagħtu lil uliedhom għal Skola Sajf imbagħad jindunaw li m’hemm ħadd biex jieħu ħsiebhom.
Il-Ministeru aċċetta t-talba tal-MUT biex issir investigazzjoni dwar il-livell baxx ta’ amministrazzjoni ta’ din l-inizjattiva.