Minn għada se tingħalaq Triq San Bastjan f’Ħal Qormi

Minn għada l-Ħamis Triq San Bastjan, minn fejn ir-roundabout ta’ Triq Manwel Dimech sa Triq l-Aċċess se tkun magħluq għat-traffiku minħabba xogħlijiet tal-Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar.
Minħabba x-xogħlijiet, se jkun hemm ukoll xi bdil fir-rottot tal-karozzi tal-linja Nru. 61, 63 u 209.
Transport Malta għandha terġa’ tavża meta s-sitwazzjoni se terġa’ lura għan-normal.
Iktar dettalji jistgħu jinkisbu minn fuq il-websajt ta’ Transport Malta.