Minn għada se jitqassmu t-tallinja card bil-posta

Minn għada l-persuni li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku u li rreġistraw għal tallinja card se jibdew jirċievu l-card bil-posta u mhux se jitqassmu mill-Kunsilli Lokali kif kien tħabbar.
Aktar minn 100,000 persuna rreġistraw għal tallinja card u mal-40,000 persuna minnhom għandhom il-Kartanzjan.
Flimkien mal-card se jitqassam ukoll fuljett informattiv li jispjega l-metodi differenti kif jista’ jsir top-up tal-card.
Il-Malta Public Transport sostniet li mill-1 ta’ Lulju, il-passiġġieri se jibbenefikaw minn nolijiet imnaqqsa meta jużaw it-tallinja card.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċemplu fuq 2122 2000 jew iżur il-websajt www.tallinja.com.