Minn għada nerġgħu nieħdu n-nifs!

Fl-24 siegħa li ġejjin, arja friska minn fuq l-Ewropa mistennija timbotta l-massa ta’ arja sħuna li ħakmet lil Malta fl-aħħar 72 siegħa, lejn il-Lvant.
Is-sit Firstmalta.com jispjega li t-temperaturi mistennija jinżlu hekk kif ir-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana forza 4/5, li iktar tard isir forza 6, mistenni jilħaq Malta, kmieni għada filgħodu.
B’hekk l-għola temperatura għandha tinżel għal 30 grad, li hi relattivament iktar baxxa minn dak li esperjenzajna fl-aħħar jiem, li jista’ jitqies bħala l-ewwel mewġa ta’ sħana għal dan is-sajf.
Sa nhar l-Erbgħa it-temperatura mal-jum mistennija tibqa’ madwar 30 grad u mal-lejl tinżel għal 22 grad.
Ritratt: Firstmalta.com