Minn għada jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Il-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi ħabbar li minn għada se jorħsu uffiċċjalment il-kontijiet tad-dawl b'25% u l-kontijiet tal-ilma b'5% għar-residenzi. F'konferenza tal-aħbarijiet fiż-Żurrieq, il-Ministru Mizzi qal li dan ir-roħs għall-familji se jkollu effett pozittiv għall-ekonomija filwaqt li l-emissjonijiet se jonqsu bin-nofs.

Il-Ministru għall-Enerġija qal li għall-ewwel 2,000 unit wieħed se jħallas b'10.47ċ filwaqt li għall-2,000 unit li jkun imiss wieħed se jħallas bi 12ċ kull unit. Dr Konrad Mizzi qal li l-ewwel kontijiet se jinkludi ż-żewġ rati dawk ta qabel il-31 ta' Marzu u wara. Spjega li l-kontijiet se jkunu cari biex jinftehemu sew mill-pubbliku.

Intqal li f'April u Mejju se jinqraw il-meters kollha madwar Malta u Għawdex b'aktar minn 47,000 elf familja se jkollhom roħs ta' 30%. Hu qal li l-iskema ta' regolizazzjoni fuq id-dawl qed taħdem b'ammont kbir kważi €10 miljun inġabru mill-iskema. Il-Ministru għall-Enerġija kompla jghid li se jiħraxu l-penalitajiet għal min jinqabad ibagħbas il-meters. Filwaqt li qal li x-xogħol għall-ħaddiema tal-Enemalta huwa garantit, Dr Mizzi żied jgħid li l-ħaddiema se jibqgħu igawdu mill-kundizzjonijiet preżenti iżda se jingħataw iċ-ċans li jkunu sekondati mal-fornituri l-godda.

Hekk kif issa se jinħatar ukoll Ministru tas-Saħħa, Dr Mizzi qal li l-focus tiegħu se jibqa' l-Ministeru tal-Enerġija filwaqt li x-xogħol tas-saħħa se jaqa' primarjament fuq Dr Chris Fearne li se jkun maħtur Segretarju Parlamentari għas-Saħħa.