Aġġornata: Minn għada jorħos il-gass u jgħola l-petrol

Minn għada l-prezz tal-unleaded petrol se jiżdied b’€0.02. Dan ifisser li minn €1.44 kull litru issa jkun qed jinbiegħ għal €1.46.
Minbarra l-unleaded hemm ukoll tibdil fil-prezz fil-prezz tal-keroscene li se jinbiegħ għal €1.38 minn €1.39 filwaqt li se l-gasoil se jgħola b’ċenteżmu għal €1.05 minn €1.04.
Il-prezz tad-diesel se jibqa’ stabbli, jiġifieri ta’ €1.36 kull litru.
Dawn il-prezzijiet se jibqgħu stabbli sa’ Ġunju.
Minn għada wkoll se jkun hemm roħs fiċ-ċilindri tal-gass tal-kumpanija Liquigas.
Iċ-ċilindru l-aktar li jinbiegħ, dak ta’ 12-il kilogramm, se jibda jinbiegħ għal €18.40 mill-prezz ta’ €19.20.
Il-prezzijiet l-oħra huma dawn:

Ċilindru ta’ 10 kilogramm se jinbiegħ għal €15.35 minn €16
Ċilindru ta’ 15-il kilogramm se jinbiegħ għal €23.00 minn €24
Ċilindru ta’ 25 kilogramm se jinbiegħ għal €38.35 minn €40

Il-prezzijiet tal-propane se jkunu hekk:

Ċilindru ta’ 10 kilogramm se jinbiegħ għal €15.45 minn €16.10
Ċilindru ta’ 15-il kilogramm se jinbiegħ għal €23.30 minn €24.15
Ċilindru ta’ 25 kilogramm se jinbiegħ għal €38.65 minn €40.25