Minn għada jogħla l-prezz tal-gass

Minn għada l-prezz ta’ ċilindru gass ta’ 12-il kilogramma se jiżdied b’€0.50, jiġifieri se jiswa €16.
Il-prezz taċ-ċilindri l-oħra jkun ikkalkulat pro rata fuq il-prezz taċ-ċilindru ta’ 12-il kilogramma, jiġifieri ċ-ċilindru l-aktar komuni fid-djar.
F’Awwissu li għadda l-prezz tal-gass għola b’€1.
Iż-żieda fil-prezz tirrifletti ż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali tal- Liquefied Petroleum Gas (LPG) hekk kif ikkalkulata f’Awwissu.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi qal li ż-żieda hija minima meta mqabbla mas-suq internazzjonali.
Spjega li l-prezz internazzjoni żdied b’25% iżda f’Malta se jkun żdied biss bi 3%.
Huwa spjega li ntlaħaq qbil bejn ir-Regolatur tal-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma u l-kumpanija Liquigas bil-għan li għall-bqija tas-sena l-prezz tal-gass ma jerġax jiżdied.