Minn għada jistgħu jiltaqgħu gruppi sa 75 persuna

Miguela Xuereb

Minn għada, il-pubbliku jista’ jerġa’ jibda jerġa’ jibda jiltaqa’ fi gruppi sa massimu ta’ 75 persuna. Dan ħareġ mill-Avviż Legali ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ilbieraħ.

Fl-avviż legali 233 tal-2020, is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci ordnat li fi spazji pubbliċi, gruppi tal-massa ta’ aktar minn 75 persuna huma pprojbiti.

Din il-liġi ġdida kien spjegat li se tibdel it-tielet punt tal-Liġi Sussidjarja (S.L. 465.34) li kienet daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu, biex tipprojbixxi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni fil-pubbliku, inkuż fi queues u bus stops. Kull persuna li kienet inqabdet tikser din ir-regola weħlet €100 multa.

Aktar tard, fl-4 ta’ Mejju, kien ħareġ Avviż Legali ieħor li emenda din il-liġi għal gruppi ta’ mhux aktar minn sitt persuni.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn