Minn għada jiftaħ f’Għawdex uffiċċju tal-Wild Birds Regulation Unit

Minn għada se jiftaħ f’Għawdex uffiċċju tal-Wild Birds Regulation Unit.
L-uffiċċju jinsab fil-farm tal-Gvern fix-Xewkija u se jiftaħ darbtejn fix-xahar, kull l-ewwel u l-aħħar Ħamis tax-xahar bejn id-9.00am u s-1.00pm.
Il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, qal li b’hekk servizz ieħor se jkun offrut anke f’Għawdex wara li f’din il-leġiżlatura nfetħu l-uffiċċji tal-e-Residence, Leap, l-uffiċċju reġjonali tal-istatistika u dak għall-Parole.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li b’dan l-uffiċċju, l-Għawdxin se jinqdew f’Għawdex, fost l-oħrajn għal tiġdid jew tibdil ta’ liċenzji, ħlasijiet relatati, għall-bejgħ ta’ materjal dwar l-ispeċi kaċċabbli f’Malta, ordnijiet ta’ kopji għal pjanti reġistrati, infurzar u għal servizz ta’ customer care
Ritratt: MGOZ – George Scerri