Minn għada jibda infurzar ambjentali fit-toroq

Minn  għada, il-gwardjani lokali se jibdew jiffokaw aktar fuq infurzar ambjentali minflok fuq il-kontravenzjonijiet tat-toroq biss.
Il-gwardjani lokali li se jibdew jissejħu uffiċjali tal-komunità se jiġu trasferiti f’dipartiment magħluq mal-aġenzija governattiva LESA minn għada. 
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Gvern Lokali qak li l-LESA twaqqfet fl-aħħar tliet snin biex tirregola lill-gwardjani. Skont il-Ministeru, il-gwardjani lokali se jkunu qed jaqdu dmirijiethom b’lenti aktar mifruxa.
Fi kliem il-Ministeru, “din l-aġenzija se tissokta wkoll b’riformi pożittivi mwettqa kemm mill-aspett edukattiv kif ukoll mill-aspett operattiv. Dan it-trasferiment se jwassal biex din l-aġenzija, permezz tal-gwardjani lokali u tal-preżenza intensiva tagħhom, se jġibu fil-lokalità preżenza ta’ gwardjani lokali viċin aktar il-bżonnijiet tal-komunità.”
Bis-saħħa tar-riforma għandu jkun hemm:

  • aktar serjetà fl-infurzar lokali
  • taħriġ għall-gwardjani lokali
  • infurzar ambjentali u edukattiv
  • titjib tas-servizz għaċ-ċittadini sabiex ikun hemm aktar kontabilità