Minn għada direttivi fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana

Minn għada l-Erbgħa fis-7 ta’ filgħodu se jidħlu fis-seħħ numru ta’ direttivi industrijali lill-infermiera li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.
L-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel ordnat dawn id-direttivi minħabba n-nuqqas ta’ infermiera f’dan iċ-ċentru.
Fost id-direttivi, l-infermiera m’għandhom jagħmlu l-ebda xogħol relatat ma’ pubblikazzjoni tar-riżultati tad-demm, li ma jsir l-ebda ċċekkjar tal-bagalja tat-tabib u ma jintmessux ċilindri tal-ossiġnu sakemm ikunu ta’ daqs medju.
Id-direttivi jinkludu wkoll li l-infermiera f’ċentri oħra ma jinqalgħux minn fejn jaħdmu biex imorru l-Furjana.