Minn fuq il-pjanta għat-triq: ir-residenti ta’ Pembroke se jipprotestaw

Jidher li x-xemx u s-sħana t’Awwissu mhix se taqta’ qalb ir-residenti ta’ Pembroke hekk kif dawn ħabbru se jagħmlu protesta kontra l-proġett ta’ bini ta’ skola ġdida fuq art verġni fil-lokalità.
Bit-tema ‘Keep it Green’, il-protesta se ssir nhar it-Tlieta 8 t’Awwissu fis-6pm fi Triq Gabriele Henin u qed tkun deskritta bħala protesta tal-massa.
Wara li ħafna minnhom irrikorrew għal fuq Facebook biex jesprimu d-diżapprovazzjoni tagħhom għal din l-applikazzjoni, Newsbook.com.mt tkellem mas-Sindku ta’ Pembroke Dean Hili, li qal li bħalissa Pembroke jinsab taħt assedju.
Għal aktar informazzjoni dwar il-protesta wieħed jista' jidħol f'dan il-grupp.
Ritratti: Daniel Patrick u Patricia Graham