Minn fuq il-palk għal fuq 103

Read in English.

Minn bilwieqfa għal bilqiegħda, minn stand up comedian għal fuq il-hot seat, mit-teatru għal fuq ir-radju. Kevin Naudi, il-preżentatur ta’ 103 li mit-Tnejn sal-Ġimgħa jieħdok lura d-dar – Kevin’s Road Show, a Drive with Friends, bejn l-4pm u s-7pm.

Kieku Kellek tibdel ismek u kunjomok x’tagħżel? Sebastian Rose

Liema annimal tassoċja miegħek u għaliex?  Xadina, għax m’għandix kwiet u meta kont żgħir dejjem kont fl-inkwiet, speċjalment l-iskola. U bħax-xadini… jien veru ħabib tal-ġenn!

Kulur favorit: Oranġjo. Jagħmilni kuntent.

Kwotazzjoni li ispiratek l-aktar: “Imxi wara dak li tħoss qalbek u l-ħolm tiegħek isir realtà”

Liema hu l-iktar Papa li nfluwenzak l-iktar f’ħajtek? Il-Papa Ġwanni Pawlu II. Ma naf lil ħadd qablu jew warajh. Hu biss żammni marbut mal-Knisja

Min xiex tibża’ l-aktar? Mix-xjuħija u l-mewt. Dan wara li kelli t-tfal. Qabel, ma kont nibża’ minn xejn.

Kanzunetta li tirritak l-aktar? Calvin Harris – Feels ft. Pharell Williams, Katy Perry, Big Sean

Oġġett li ma timmaġinakx tgħix mingħajru: Il-laptop. Xogħli, stand up comedy kollu, nirreċta u ritratti. Insomma, ħajti kollha qiegħda fuq il-laptop… u l-back up!

Karriera li verament tixtieq jew somma flus? Karriera li verament nixtieq… il-flus imorru u jiġu. Il-kuntentizza hi ħaġa diffiċli biex iżżomm illum il-ġurnata

Għaliex 103? Biex inkun parti minn proġett ġdid mill-bidu nett, u ngħin biex dan il-proġett jikber u jsir wieħed mill-aqwa stazzjonijiet tar-radju f’Malta. Tkun xi ħaġa li ’l quddiem inħares lura b’ħafna kburija.