Aġġornata: Jaqa’ żewġ sulari wara li jaħbat bil-mutur

Sewwieq ta' mutur weġġa' wara li kien involut f'ħabta fis-Swieqi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq Ta' l-Ibraġ fejn kien hemm impatt bejn mutur misjuq minn raġel ta' 59 sena minn Tas-Sliema u karozza misjuqa minn Taljan ta' 30 sena residenti n-Naxxar.
Skont informazzjoni li kiseb Newsbook.com.mt jidher li mal-impatt ir-raġel waqa' f'għalqa għoli ta' madwar żewġ sulari.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jassistu lis-sewwieq tal-mutur.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-isptar.
Filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma weġġax, is-sewwieq tal-mutur ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Ritratt: Arkivji