Minn festin ta’ firda spiċċa tieġ

Farewell tieġ

Festin li warajh jġib il-firda inbidel f’festin ta’ għaqda meta koppja Maltija stiednu bosta ħbieb tagħhom għall-farewell party, iżda waqt ir-riċeviment huma ħabbru li iktar kmieni dakinhar stess żżewġu. Josianne Aquilina u Matthew Borg organizzaw farewell party għaliex se jemmigraw lejn Dubaj.

Iżda waqt it-tieġ, permezz ta’ filmat ħabbru lil mistednin tagħhom li huma żżewġu aktar kmieni dakinhar stess. B’hekk, festin li kien maħsub li se jkun festin li warajh se tiġi il-firda, indbidel f’festin li jiċċelebra l-għaqda bejn il-koppja.

Il-mistednin kollha sfaw sorpriżi hekk kif ħadd minnhom ma stenna dan.