Minn fejn taqbad tfittex l-għajnuna dwar l-epilessija…

F’Malta hawn iktar minn 4,000 persuna li għandhom il-kundizzjoni tal-epilessija, u ħafna nies jistgħu jħossuhom mitlufa fejn għandhom jibdew ifittxu l-għajnuna.   
Bil-għan li tgħin lil dawn il-persuni u lill-qraba tagħhom, qed tiġi organizzata konferenza bit-tema "L-Epilessija: Sib l-Għajnuna" nhar is-Sibt li ġej 10 ta’ Marzu f’lukanda ewlenija fil-Qawra.
Il-Caritas flimkien mal-Università ta’ Malta qalu li din il-konferenza se tiffoka dwar aspetti prattiċi ta’ kif u fejn wieħed jista' jfittex għajnuna għal dijanjosi u trattament xieraq għall-epilessija.
Il-konferenza se tinfetaħ mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u se jkun hemm diversi esperti stabbiliti f’dan il-qasam.
Il-formola ta’ reġistrazzjoni tista' titniżżel minn dan il-link.