Minn fejn l-aħjar li tgħaddi għal-logħba għada?

Se jkun hemm arranġamenti apposta għat-traffiku u minfejn għandhom jgħaddu l-partitarji għad-decider ta’ għada bejn il-Belt u l-Ħibs.  Hekk kif kien imħabbar fuq il-midja tal-Pulizija, il-bibien se jinfetħu fis-2:00pm u l-istands allokati kif ġej:

  • West A u North Stand għall-Ħibs
  • West C u Millenium D għall-Belt
  • Millenium F għall-partitarji li huma newtrali

Il-biljetti għas-sezzjonijiet A u C huma mibjugħin kollha, filwaqt li l-klabbs qed ibigħu l-biljetti għan-naħat rispettivi tagħhom. Il-partitarji huma nkoraġġutli jixtru l-biljetti minn qabel u jmorru l-grawnd minn kmieni. Dawk kollha li se jagħżlu li jixtru l-biljett fis-sezzjoni newtrali, iġifieri Millenium F, mhux se jitħallew jidħlu jekk imorru b’xi flokk li jissapportja xi tim partikolari.

Il-partitarji tal-Hibs kif ukoll dawk newtrali għandhom jipparkjaw fil-parkeġġ tal-West Stand u fit-triq Durumblat. Il-partitarji tal-Belt għandhom jipparkjaw in-naħa tal-Millenium Stand u qed ikun suġġerit li jgħaddu mill-Marsa lejn l-Imrieħel u Attard, direzzjoni Triq il-Pitkali.

It-triq li twassal mill-Imtarda għan-naħa tal-kumpless tal-Basketball se tkun magħluqa għat-traffiku.

Fl-aħħar tal-logħba, dawk li se jkunu bilqeda fil-naħa West C, għandhom joħorġu min-naħat tal-Millenium D.