Minn dawra bil-poni għall-Qorti

Fil-Qorti, ir-raġel li ta daqqa ta’ ponn lil raġel ieħor f’Ħal Qormi qal li kien qed jiddefendi lilu nnifsu.
Il-każ imur lura għal April tal-2013 meta Felic Borg ried joħroġ il-poni tiegħu mill-garaxx fi Triq San Dwardu, imma ma setax minħabba karozza pparkjata. Kien hawnhekk li qam l-argument bejn Borg u Joseph Xuereb li kellu l-karozza quddiem il-garaxx.
Xuereb ma nstabx ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.