Minn date f’appartament f’Wied il-Għajn jispiċċa l-Qorti

Raġel tressaq il-Qorti akkużat li hedded u insulenta numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija wara date ma’ mara li spiċċat ħażin.
Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda f’appartament f’Wied il-Għajn.
Jidher li l-mara stiednet lir-raġel biex imur fil-flat tagħha iżda waqt mument intimu, ir-raġel skopra li l-mara kienet fil-verità transġender.
Fil-Qorti nstema’ kif ir-raġel irreaġixxa b’mod vjolenti ħafna tant li l-mara kellha ċċempel lill-Pulizija
Fil-Qorti, ir-raġel wieġeb ħati li hedded u insulenta għadd ta’ uffiċjali tal-pulizija, li ma obdiex l-ordinjiet tagħhom, li pprova jweġġa' żewġ uffiċjali bi ħġieġa u njama, li weġġa’ lil mara, li kkawża €2,500 fi ħsara fl-appartment u li kiser il-paċi pubblika.
Il-Maġistrat Anthony Vella tah sentenza ta’ 18-il xahar ħabs, sospiżi għal sentejn u multa ta’ €800.