Minn btala f’Malta għal club fl-Italja; mijiet ta’ żgħażagħ jagħmlu swab test

Photo by jss falconi from Pexels

Read in English.

Żagħżugħa Taljana li ġiet għal btala Malta rritornat lura d-dar u ħarġet il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu. Jumejn wara skopriet li kienet pożittiva għall-coronavirus. Mal-200 persuna ntalbu jagħmlu swab test minħabba li kienu fil-club li ffrekwentat it-tfajla.

L-Italja għalqet in-nightclubs, bars u diskoteki l-Ħadd bil-għan li twaqqaf il-firxa tal-coronavirus.

Il-midja Taljana rrappurtat kif iż-żagħżugħa minn Fidenza kienet qattgħet lejl fi club fil-provinċja ta’ Piacenza, Alseno. Il-management tal-club qal lil IlPiacenza u ParmaToday li l-mara belgħet il-virus waqt il-btala tagħha f’Malta.

L-awtoritajiet tas-saħħa fi Piacenza appellaw liż-żgħażagħ li jiffrekwentaw il-club partikolari sabiex imorru jagħmlu swab test. Id-Direttur tas-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa ta’ Parma, Silvia Paglioli qalet lill-ġurnal Taljan li madwar 200 persuna riedu jgħaddu minn swab test. L-awtoritajiet tas-saħħa għandhom lista ta’ nies li marru fil-club bejn l-14 u l-15 ta’ Awwissu li qed tintuża bħala contact tracing.