“Minn bidu umli fl-Għasri għal plejer f’Sunderland”

Ultimate Goal: Coming Soon!

Coming soon to BT Sport & Insight

Posted by Ultimate Goal on Thursday, October 15, 2020

Read in English.

L-Għawdxija ta’ 19-il sena Maria Farrugia lbieraħ filgħaxija kienet qed tispikka fuq il-programm sportiv Ultimate Goal fuq l-istazzjon Ingliż BTSport 3.

Ritratt: Ultimate Goal Press Coverage

Maria Farrugia kienet intagħżlet biex tipparteċipa f’dan ir-reality show matul is-sajf li għadda u fih qed jieħdu sehem 31 tfajla minn madwar l-Ewropa. Permezz ta’ dan il-programm dawn it-tfajliet se jkunu qed jgħaddu minn taħriġ u anke jitkellmu fuq l-esperjenzi personali tagħhom waqt li aġenti u nies mill-qasam sportiv se jkunu qed jgħarblu kull parteċipanti bil-possibilità ta’ opportunitajiet fil-qasam tal-futbol.

George Micallef, l-eks Kap tal-iskola nazzjonali tal-isport f’Malta, George Micallef ikkummenta fuq Twitter li jħossu kburi jsegwi dan il-programm u ftakar il-bidu umli ta’ din it-tfajla mill-Għasri għal studenta u plejer mat-tim tan-nisa f’Sunderland.

Ritratt: Twitter/GeorgeMicallef

Micallef llum tassew għandu għalxiex ikun kburi għax Farrugia hija waħda minn diversi atleti żgħażagħ li attendew l-iskola nazzjonali tal-isport meta kien qed imexxiha hu u llum qed jiksbu suċċessi barra minn xtutna.

Apparti Farrugia, hemm ukoll Hayley Bugeja li llum tilgħab ma’ Sassuolo fl-Italja u li dan l-aħħar kienet fuq fomm kulħadd wara l-wirjiet tagħha.

Hemm ukoll Nicole Sciberras li llum tilgħab mat-tim Taljan Juventus Primavera.