Ġlied bil-fliexken dwar mowbajl

Żewġ persuni spiċċaw quddiem il-Qorti wara li ħebbew għal xulxin bil-fliexken minħabba argument dwar mowbajl.
Mohamed Abdalla Mohamed ta’ 34 sena mis-Sudan, residenti l-Marsa u Fatah Mohamud Hassan ta’ 32 sena mis-Somalja, residenti x-Xlendi, weħlu 9 xhur ħabs kull wieħed fil-Qorti ta’ Għawdex. Huma dehru quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.
Il-każ jmur lura għall-10 ta’ Settembru tal-2016, meta Mohamed Abdalla Mohamed daħal fl-Għassa tal-Pulizija fir-Rabat Għawdex għall-ħabta tad-9:00pm. Huwa kien irrapporta li kellu argument fit-triq ftit l-isfel mill-Għassa iżda fil-pront daħal Fatah Mohamud Hassan li kellu d-demm ma’ wiċċu.
Iż-żewġt irġiel ġew akkużati li kkaġġunaw ġrieħi lil xulxin u li kissru l-ordni u l-paċi pubblika.