Minn abbati fi ċkunitu għal Ambaxxatur għall-Vatikan

Frank Zammit laħaq Ambaxxatur Malti għall-Vatikan, wara li meta kien għadu tifel, kien abbati fil-Pontifikat ta’ Pawlu VI fil-Vatikan fl-1977.

Huwa nħatar Ambaxxatur għas-Santa Sede f’ċerimonja fit-13 ta’ Diċembru ppreseduta mill-Papa Franġisku nnifsu.

Zammit għandu rabta mal-Vatikan peress li wettaq riċerka fuq il-Vatikan, kien jinforma lill-President ta’ Malta fuq l-andament tas-Santa Sede għal sentejn, u kien anke għen meta Malta tellgħet wirja ta’ presepju fil-Vatikan fl-2016. Din l-istess xena tat-twelid ta’ Ġesù issa tinsab esebita fid-daħla tal-Belt Valletta, ħdejn il-funtana tat-Tritoni.

F’kumment lill-midja Taljana, huwa qal li l-esperjenza tiegħu ta’ abbati fi tfulitu kienet ta’ unur, u hekk hi din ukoll.

Scambio di auguri natalizi con S. E. il Sig. FRANK ZAMMIT, Ambasciatore della Repubblica di Malta presso la Santa…

Posted by Alessandro D'Errico on Wednesday, December 19, 2018